20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)
(Kawża T-562/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali YOO - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti YO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 236/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoo Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 762/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eckes-Granini Group GmbH u Yoo Holdings Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Yoo Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy