7.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 406/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 22 ta’ Otturbu 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI
(Kawża T-563/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ELITEDISPLAY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 406/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1539/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ELITEDISPLAY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Hewlett Packard Development Company LP hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 351, 5.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy