22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2016 – Group vs EUIPO Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL)
(Kawża T-567/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti mhux irreġistrati GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Provi li jistabbilixxu l-kontenut tad-dritt nazzjonali - Regola 19(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ provi prodotti quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 305/39)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: Group OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, P. Ivanov u D. Botis, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kosta Iliev (Sofija) (rappreżentant: S. Ganeva, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1587/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Group u K. Iliev.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1587/2013-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO u Kosta Iliev għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Group OOD.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy