2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-586/14) (1)
([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fiċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Artikolu 2(7)(b) u t-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Distorsjoni sinjifikattiva kkawżata mis-sistema ta’ qabel li ma kinitx tas-suq - Vantaġġi fiskali”])
(2016/C 156/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd (Anhui, iċ-Ċina) (rappreżentanti: Y. Melin u V. Akritidis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014, tat-13 ta’ Mejju 2014, li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 142, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014, tat-13 ta’ Mejju 2014, li jimponi dazju antidumping u ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy