24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Crosfield Italia vs ECHA
(Kawża T-587/14) (1)
((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 392/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Crosfield Italia Srl (Vérone, l-Italja) (rappreżentanti: M. Baldassarri, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: inizjalment M. Heikkilä, E. Bigi, J.-P. Trnka u E. Maurage, sussegwentement M. Heikkilä, J.-P. Trnka u E. Maurage, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SME(2013) 4672 tal-ECHA, tat-28 ta’ Mejju 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis ta’ ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spiża amministrattiva u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-fatturi maħruġa mill-ECHA wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni SME(2013) 4672.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni SME(2013) 4672 tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), tat-28 ta’ Mejju 2013, hija annullata.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy