23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)
(Kawża T-588/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 389/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2435/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FlexValve bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mechadyne International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy