4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Musso vs Il-Parlament
(Kawżi Magħquda T-589/14 u T-772/14) (1)
((“Skema pekunjarja tal-membri tal-Parlament - Pensjoni tal-irtirar - Obbligu tal-membri tal-Parlament Franċiżi li jsostnu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fi ħdan l-iskemi nazzjonali - Regoli ta’ kontra l-kumulazzjoni - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament - Deċiżjoni adottata wara l-proċedura ta’ ilment - Nota ta’ debitu - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlas tal-pensjoni - Prinċipju ta’ kontradittorju - Terminu raġjonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 118/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentanti: A. Gross u L. Stachnik, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konferma tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tas-17 ta’ Ottubru 2011 li permezz tagħha ġie stabbilit l-ammont mensili tad-drittijiet tal-pensjoni, b’kunsiderazzjoni tal-ammonti miġbura minn żewġ fondi tal-pensjoni Franċiżi, u ġie deċiż li kien hemm lok li jiġi rkuprat l-ammont ta’ EUR 127 065,19 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Settembru 2014.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
François Musso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy