27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Zuffa vs EUIPO (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)
(Kawża T-590/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu - Obbligu ta’ motivazzjoni - Pubbliku rilevanti - Artikolu 7(1)(b) u (c), (2) u (3) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u C. Balme, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1425/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1425/2013-2) hija annullata sa fejn tiċħad ir-rikors ta’ Zuffa, LLC f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li ġejjin:
—
“kasetts awdjo rreġistrati minn qabel; diski fonografiċi; diski kompatti (CD); kasetts vidjo rreġistrati minn qabel; diski vidjo lejżer; diski vidjo diġitali; DVD; mezzi għall-ħażna elettroniċi; flash drives tal-USB; CD-ROM li kollha fihom kompetizzjonijiet, avvenimenti u programmi tal-arti marzjali mħallta; films ċinematografiċi fil-qasam tal-arti marzjali mħallta” fil-klassi 9;
—
“provvista ta’ informazzjoni dwar l-arti marzjali mħallta permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u informatiċi; provvista ta’ aħbarijiet u ta’ informazzjoni fil-qasam tal-isport, tal-fitness u tal-arti marzjali mħallta permezz ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet u informatiċi” fil-klassi 41.
2)
Il-kumplament ta’ dan ir-rikors huwa miċħud.
3)
Zuffa, LLC u l-EUIPO għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy