23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – BSH vs UASI (PerfectRoast)
(Kawża T-591/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PerfectRoast - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 389/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PerfectRoast.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), hija annullata sa fejn tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja PerfectRoast għal “tagħmir li jsaħħan l-ilma”, “tagħmir għall-immersjoni li jsaħħan” u “tagħmir li jsajjar il-bajd”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy