30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ April 2016 – Industrias Tomás Morcillo vs EUIPO – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)
(Kawża T-613/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Polycart A Whole Cart Full of Benefits - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti POLICAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009”])
(2016/C 191/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Tomás Morcillo, SL (Albuixech, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Aucar Trailer, SL (Premia de Mar, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-7 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1735/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aucar Trailer, SL u Industrias Tomás Morcillo, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Industrias Tomás Morcillo, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 339, 29.9.2014.
Full & Egal Universal Law Academy