1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Fútbol Club Barcelona vs UASI (Rappreżentazzjoni tal-kontorn ta’ tarka)
(Kawża T-615/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-kontorn ta’ tarka - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 038/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2014 (Każ R 2500/2013-1) dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta kontorn ta’ tarka bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fútbol Club Barcelona huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 372, 20.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy