Kawża T-618/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ tortilla Messikana) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ tortilla Messikana — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]
C2702015MT2510120150629MT0031251262
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ tortilla Messikana)
(Kawża T-618/14) ( 1 )
“[“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ tortilla Messikana — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]”2015/C 270/31Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (il-Belt tal-Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Palmero Cabezas, sussegwentement J. Garrido Otaola, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2449/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit minn forma ta’ tortilla Messikana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grupo Bimbo, SAB de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 351, 6.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy