24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2017 – Lauritzen Holding vs EUIPO – DK Company (IWEAR)
(Kawża T-622/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea IWEAR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea INWEAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Bullock, sussegwentement D. Hanf, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DK Company A/S (Ikast, id-Danimarka), ammessa sabiex tissostitwixxi l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO (rappreżentanti: inizjalment M. Nielsen u E. Skovbo, sussegwentement E. Skovbo, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1935/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn IC Companys A/S u Lauritzen Holding.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lauritzen Holding AS hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn IC Companys A/S għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 351, 6.10.2014
Full & Egal Universal Law Academy