18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2015 – Jaguar Land Rover vs UASI (Forma ta’ karozza)
(Kawża T-629/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ karozza - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 016/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jaguar Land Rover Ltd (Coventry, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Delord u R. Grewal, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ April 2014 (Każ R 1622/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ karozza bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ April 2014 (Każ R 1622/2013-2) hija annullata sa fejn din ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni li tikkonċerna “vetturi għat-trasport bl-ajru u fl-ilma” li jaqgħu fil-klassi 12.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Jaguar Land Rover Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa’ minn għaxar partijiet tal-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
4)
L-UASI għandu jbati parti waħda minn għaxra tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy