14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Roland vs UASI – Louboutin (Kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna)
(Kawża T-631/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti f’kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti SHOES - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 302/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Onken u O. Rauscher, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christian Louboutin (Paris, Franza) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 Mejju 2014 (Każ R 1591/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roland SE u Christian Louboutin.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Roland SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy