6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)
(Kawża T-635/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva URB - Applikazzjoni għal trade mark nazzjonali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva verbali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB u trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti URB - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ mala fide tal-proprjetajru tat-trade mark Komunitarja - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ ksur tal-Artikoli 22(3) u tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 221/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Bozocea)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1974/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Harun Adiguzel għandu jabti l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy