25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/52
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALTOOLS)
(Kawża T-648/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DUALTOOLS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2016/C 027/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infusion Brands, Inc. (Myerlake Circle Clearwater, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement H. O’Neill u M. Rajh, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2014 (Kawża R 398/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DUALTOOLS bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Infusion Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy