11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Revolution vs EUIPO (REVOLUTION)
(Kawża T-654/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REVOLUTION - Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ riklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2016/C 251/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Revolution LLC (Washington DC, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája u A. Folliard Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2143/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali REVOLUTION bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Revolution LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy