11.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto vs UASI – Bruichladdich Distillery (PORT CHARLOTTE)
(Kawża T-659/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PORT CHARLOTTE - Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘porto’ u ‘port’ - Raġunijiet għal invalidità - Artikolu 52(1)(a), Artikolu 53(1)(c) u (2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(c) u (g) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 118 (d)(2) tar-Regolament (KE) Nru 491/2009”])
(2016/C 007/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (Peso da Régua, il-Portugal) (rappreżentanti: P. Sousa u Silva, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bruichladdich Distillery Co. Ltd (Argyll, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Havard Duclos, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2014 (Każ R 946/2013 4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP u Bruichladdich Distillery Co. Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Lulju 2014 (Każ R 946/2013 4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP u Bruichladdich Distillery Co. Ltd, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.
4)
Bruichladdich Distillery għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014
Full & Egal Universal Law Academy