22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2016 –Il-Latvja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-661/14) (1)
((“FAEGG, FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Kundizzjonalità - Rekwiżiti minimi għall-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba - Standards - Artikolu 5(1) u Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Artikolu 6(1) u Anness III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009”))
(2016/C 305/40)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2014, L 205, p. 62), sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Latvja, li jammonta għal EUR 739 393,95, minħabba n-nuqqas ta’ konformità tiegħu mar-regoli tal-Unjoni.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Latvja, li jammonta għal EUR 739 393,95, minħabba n-nuqqas ta’ konformità tiegħu mar-regoli tal-Unjoni.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy