25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2018 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-664/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Belġju favur il-kooperattivi finanzjarji tal-grupp ARCO - Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma tal-persuni fiżiċi li għandhom il-kwalità ta’ soċji f’dawn il-kumpanniji - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tipprojbixxi l-ħlas tal-ammonti ggarantiti lis-soċji - Suġġett tat-tilwima - Irkupru - Proporzjonalità”))
(2019/C 72/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn J. Meyers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji (ĠU 2014, L 284, p. 53).
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/686/UE tat-3 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33927 (12/C) (ex 11/NN) implimentata mill-Belġju – Skema ta’ garanzija li tipproteġi l-ishma ta’ membri individwali ta’ kooperattivi finanzjarji, huwa annullat.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 380, 27.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy