14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-667/14) (1)
((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Verifika ta’ porzjonijiet żgħar - Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli - Estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post”))
(2016/C 098/53)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika tas-Slovenja.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, fir-rigward tar-Repubblika tas-Slovenja, ammont ta’ EUR 85 780,08 għas-sena finanzjarja 2010, ta’ EUR 115 956,46 għas-sena finanzjarja 2011 u ta’ EUR 131 269,23 għas-sena finanzjarja 2012.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa’ partijiet minn għaxra ta’ dawk sostnuti mir-Repubblika tas-Slovenja.
4)
Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy