5.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 454/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2016 – August Wolff u Remedia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-672/14) (1)
((“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE - Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83 - Sustanza attiva estradjol - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lill-Istati Membri l-irtirar u l-modifika tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol - Oneru tal-prova - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2016/C 454/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) u Remedia d.o.o. (Zagreb, il-Kroazja) (rappreżentanti: P. Klappich, C. Schmidt u P. Arbeiter, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B.-R. Killmann M. Šimerdová u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6030, tad-19 ta’ Awwissu 2014, li, fil-qafas tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali topiċi għall-użu mill-bniedem li fihom konċentrazzjoni għolja ta’ estradjol, sa fejn din id-deċiżjoni tobbliga lill-Istati Membri josservaw l-obbligi previsti f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, kemm jekk inklużi fl-Anness I tagħha kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjoni li permezz tagħha l-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, jistgħu jibqgħu jiġu applikati biss b’mod intravaġinali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel u Remedia d.o.o. huma kkundannati għall-ispejjeż ta’ din l-istanza kif ukoll dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji
(1) ĠU C 439, 8.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy