18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-675/14) (1)
((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq minn Spanja - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba - Estensjoni tal-korrezzjoni finanzjarja għal perijodu wara l-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885.2006”))
(2016/C 136/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u D. Triantafyllou, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), sezzjoni “Garanzija”, skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din tirrigwarda l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja li jammonta għal EUR 2 713 208,07.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 388, 3.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy