4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Teva UK et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-679/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali maħsub għall-kura ta’ mard kardjovaskulari, fil-verzjoni tagħhom tal-oriġini u tal-ġeneriċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju ta’ imparzjalità - Konsultazzjoni tal-kumitat konsultattiv fil-qasam tal-akkordji u tal-pożizzjonijiet dominanti - Ftehim ta’ riżiluzzjoni bonarja ta’ tilwim bil-qasam tal-privattivi u ta’ xiri esklużiv - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u d-dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet tal-eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi”))
(2019/C 82/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Teva UK Ltd (West Yorkshire, ir-Renju Unit), Teva Pharmaceuticals Europe BV (Utrecht, il-Pajjiżi lBaxxi), Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Ġerusalem, l-Iżrael) (rappreżentanti: D. Tayar u A. Richard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement minn F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: European Generic medicines Association AISBL (EGA) (rappreżentanti: S.-P. Brankin, solicitor, u E. Wijckmans, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE [Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)], safejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom bl-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Teva UK Ltd, Teva Pharmaceuticals Europe BV u Teva Pharmaceutical Industries Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-European Generic medicines Association AISBL (EGA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy