21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-686/14) (1)
((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Settur tal-ipproċessar tat-tadam - Għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Spejjeż magħmula mill-Italja - Proporzjonalità - Res judicata”))
(2016/C 106/36)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assitit minn G. Galluzzo, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianch u K. Skelly, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 395, 10.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy