1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Marpefa (Vieta)
(Kawża T-690/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva Vieta - Użu ġenwin mit-trade mark - Natura tal-użu - Artikoli 15(1) u 51(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li tiddifferixxi permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Prova tal-użu għall-prodotti rreġistrati”))
(2016/C 038/66)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Sony Computer Entertainment Europe Ltd u Marpefa, SL
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2100/2013-2), hija annullata sa fejn din ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiġi miċħuda t-talba għar-revoka tat-trade mark Komunitarja figurattiva Vieta għall-“apparat għar-riproduzzjoni ta’ ħsejjes u ta’ stampi”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy