4.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Puma vs UASI – Sinda Poland (Rappreżentazzjoni ta’ annimal)
(Kawża T-692/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva li tirrappreżenta annimal - Trade marks internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw puma - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 118/32)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sinda Poland Corporation Sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Rasiewicz u J. Mrozowski, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2214/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma SE u Sinda Poland Corporation sp. z o.o.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2214/2013-5) hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, nofs dawk ta’ Puma SE, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Puma għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
3)
Sinda Poland Corporation sp. z o.o. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, nofs dawk ta’ Puma, inklużi l-ispejjeż indispensabbli esposti minn Puma għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy