25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/53
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Omega International vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku u ta’ rettangolu bojod f’rettangolu iswed)
(Kawża T-695/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ċirku u rettangolu bojod f’rettangolu iswed - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/67)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Omega International GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. P. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Lulju 2014 (Każ R 1037/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta ċirku u rettangolu bojod f’rettangolu iswed bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Omega International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy