14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-696/14 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni għall-istabbiliment ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi tal-grad AD 5 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Diploma li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet tal-avviż ta’ kompetizzjoni - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza”))
(2016/C 098/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Bernat Montagut Viladot (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: F.A. Rodríguez-Gigirey Pérez u J.A. Simón Sánchez, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Lulju 2014, Montagut Viladot vs Il-Kummissjoni (F-160/12, ĠabraSP, EU:F:2014:190), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Bernat Montagut Viladot huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy