13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – TVI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-700/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ produzzjoni awdjoviżiva integrata, ta’ tixrid u ta’ arkivjar - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Offerta anormalment baxxa - Obbligu li tintalab informazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))
(2017/C 078/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TV1 GmbH (Unterföhring, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Scherer-Leydecker, J. Mey u A. Rausch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Moro u M. Noll Ehlers, sussegwentement minn F. Moro u T. Maxian Rusche u fl-aħħar nett minn T. Maxian Rusche u A. Katsimerou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lot Nru IV, intitolat “Live streaming, kompressjoni, hosting u tixrid ta’ kontenut” fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt bir-referenza PO/2014-03/A4 u li jikkonċerna “[s]ervizzi integrati ta’ produzzjoni awdjoviżiva, ta’ tixrid u ta’ arkivjar”, tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tat dan il-lot lill-offerent magħżul u tal-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-offerent magħżul.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TV1 GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy