13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-703/14) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż eliġibbli - Talba għar-rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti - Delega ta’ poteri - Ammissibbiltà - Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”))
(2017/C 078/26)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE (Kaisariani, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Damis u E. Chrysochoïdou, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, M. Konstantinidis u A. Kyratsou, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, biex il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha meta ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241409008, tal-25 ta’ Lulju 2014, u li l-ispejjeż iddikjarati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar it-twettiq tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, huma eliġibbli u, min-naħa l-oħra, biex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ nota ta’ kreditu f’ammont ta’ EUR 64 574,73.
Dispożittiv
1)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors sa fejn dan jikkonċerna talba għal rimbors għal ammont li jeċċedi EUR 37 247,05, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar it-twettiq tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, meta talbet lil Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE tirrimborsalha ammont li jeċċedi EUR 9 007, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014.
4)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
5)
Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti minn dawk esposti minn Diktyo Amyntikon Viomichanion Net, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
6)
Diktyo Amyntikon Viomichanion Net għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart minn dawk tal-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy