4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-705/14) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni - Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Proċedura amministrattiva - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi”))
(2019/C 82/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Unichem Laboratories Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: S. Mobley, K. Shaw, K. Cousins, M. Healy, H. Sheraton u E. Batchelor, sollicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Unichem Laboratories Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy