23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Grundig Multimedia vs UASI
(Kawża T-707/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali DetergentOptimiser - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2015/C 389/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2014 (Każ R 172/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DetergentOptimiser bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 409, 17.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy