24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri-Ocean Trading vs Il-Kunsill
(Kawża T-709/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))
(2016/C 392/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tri-Ocean Trading (George Town, il-Gżejjer Cayman) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 49), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 217, p. 10), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kunsill 2014/488/PESK, tat-22 ta’ Lulju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 793/2014, tat-22 ta’ Lulju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lil Tri-Ocean Trading.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Tri-Ocean Trading.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy