14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Ottubru 2015 – Bonney vs UASI (ATHEIST)
(Kawża T-714/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ATHEIST - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti athé - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b)u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 414/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: David Bonney (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vanessa Bruno (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 803/2013-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vanessa Bruno u David Bonney.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bonney huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 431, 1.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy