29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – Rosneft et vs Il-Kunsill
(Kawża T-715/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża u dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Ftehim ta’ sħubija u ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter - Ċertezza legali”))
(2018/C 392/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PAO Rosneft Oil Company, li kienet NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja), RN-Shelf-Arctic OOO (Moska), AO RN-Shelf-Far East, li kienet RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhno-Sakhalinsk, ir-Russja), RN-Exploration OOO (Moska), Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment T. Beazley, QC, sussegwentement L. Van den Hende, J. Charles, avukati, M. Schonberg u K. Krissinel, solicitors)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Brodie, sussegwentement V. Kaye, sussegwentement S. Brandon, sussegwentement C. Crane u fl-aħħar nett R. Fadoju, aġenti, assistiti minn C. Banner, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, T. Scharf u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(2)(b) sa (d) u (3) u tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 54), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 58), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971 tat-22 ta’ Ġunju 2015 (ĠU 2015, L 157, p. 50), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2431 tal-21 ta’ Diċembru 2015 (ĠU 2015, L 334, p. 22), bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1071 tal-1 ta’ Lulju 2016 (ĠU 2016, L 178, p. 21), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2315 tad-19 ta’ Diċembru 2016 (ĠU 2016, L 345, p. 65), kif ukoll tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 3a, tal-Artikolu 4(3) u (4), tal-Anness II, tal-Artikolu 5(2)(b) sa (d) u (3), tal-Anness VI u tal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014 tal-4 ta’ Diċembru 2014 (ĠU 2014, L 349, p. 20).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PAO Rosneft Oil Company, RN-Shelf-Arctic OOO, AO RN-Shelf-Far East, RN-Exploration OOO u Tagulskoe OOO għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy