24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2016 – Tri Ocean Energy vs Il-Kunsill
(Kawża T-719/14) (1)
((Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni))
(2016/C 392/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tri Ocean Energry (il-Kajr, l-Eġittu) (rappreżentanti: B. Kennelly, barrister, P. Saini, QC, u N. Sheikh, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 59), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2014, L 283, p. 9), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/678/PESK, tas-26 ta’ Settembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1013/2014, tas-26 ta’ Settembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Tri Ocean Energy.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Tri Ocean Energy.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy