23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2016 – Rotenberg vs Il-Kunsill
(Kawża T-720/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul fit-territorji tal-Istati Membri - Persuna fiżika li ssostni attivament jew li timplementa azzjonijiet li jipperikolaw jew li jheddu lill-Ukraina - Persuna fiżika li tikseb vantaġġ minn responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità”))
(2017/C 022/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Arkady Romanovich Rotenberg (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment D. Pannick, QC, M. Lester, barrister u M. O’Kane, solicitor, sussegwentement D. Pannick, M. Lester, S. Hey, H. Brunskill, solicitors u Z. Al-Rikabi, barrister, finalment D. Pannick, M. Lester et Z. Al-Rikabi)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentani: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, l-ewwel nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/508/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 226, p. 23), it-tieni nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/432, tat-13 ta’ Marzu 2015 (ĠU 2015, L 70, p. 47), it-tielet nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1524, tal-14 ta’ Settembru 2015 (ĠU 2015, L 239, p. 157), u r-raba’ nett, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/359, tal-10 ta’ Marzu 2016 (ĠU 2016, L 67, p. 37), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6), kif implementat, l-ewwel nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-30 ta’ Lulju 2014 (ĠU 2014, L 226, p. 16), it-tieni nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/427, tat-13 ta’ Marzu 2015 (ĠU 2015, L 70, p. 1), it-tielet nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1514, tal-14 ta’ Settembru 2015 (ĠU 2015, L 239, p. 30), u, ir-raba’ nett, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/353, tal-10 ta’ Marzu 2016 (ĠU 2016, L 67, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-30 ta’ Lulju 2014, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, tas-17 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, hekk kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, tat-30 ta’ Lulju 2014, huma annullati, sa fejn jirrigwardaw lil Arkady Romanovich Rotenberg.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015
Full & Egal Universal Law Academy