21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – PRIMA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-722/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ vantaġġi marbuta mal-offerta milqugħa - Trasparenza”))
(2016/C 106/37)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrenti: PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: Y. Ruskov, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo, P. Mihaylova u D. Roussanov, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti PO/2013-13/SOF, li għandha bħala suġġett l-appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, fit-tieni lok, tad-“deċiżjonijiet sussegwenti”, fosthom dik tat-12 ta’ Settembru 2014 li jiġi konkluż il-kuntratt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy