14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2016 – European Children’s Fashion Association u Instituto de Economía Pública vs EACEA
(Kawża T-724/14) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-programm ta’ azzjoni ‘Lifelong Learning (2007-2013)’ - Proġett ‘Brand & Merchandising manager for SMEs in the childrens’ product sector’ - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu - Inammissibbiltà - Spejjeż mhux eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Rapport ta’ awditu”])
(2016/C 419/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: European Children’s Fashion Association (Valencia, Spanja) u Instituto de Economía Pública, SL (Valencia) (rappreżentant: A. Haegeman, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti)
Suġġett
Prinċiparjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-ewwel rikorrenti ma hijiex obbligata tirrimborsa s-somma mħallsa lilha mill-EACEA skont il-ftehim konkluż għat-twettiq tal-proġett “Brand & Merchandising manager for SMEs in the children’s product sector” u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-1 ta’ Awwissu 2014 li tinforma lill-ewwel rikorrenti li hija kellha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 82 378,81 wara l-awditu dwar l-imsemmi proġett u, min-naħa l-oħra, tan-nota ta’ debitu Nru 3241401420, maħruġa mill-EACEA fil-5 ta’ Awwissu 2014, għall-finijiet tar-rimbors tal-imsemmija somma.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-European Children’s Fashion Association u l-Instituto de Economía Pública, SL huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015
Full & Egal Universal Law Academy