3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2017 – Novar vs EUIPO
(Kawża T-726/14) (1)
([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas tal-prova tad-dritt preċedenti - Regola 19(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Reviżjoni tad-deċiżjoni - Artikolu 62(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dannu li jikkonsisti fi spejjeż tal-avukat - Rabta kawżali”])
(2017/C 104/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Partijiet
Rikorrenti: Novar GmbH (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Weede, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant): S. Hanne, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għal dannu materjali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-ispejjeż tal-avukat li hija sostniet fil-kuntest ta’ rikors kontra deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni allegatament adottata bi ksur tar-Regola 19(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Novar GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy