8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2016 – Universal Protein Supplements vs EUIPO – H Young Holdings (animal)
(Kawża T-727/14 u T-728/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva animal - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata ANIMAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Spjegazzjonijiet fuq id-dritt li fuqu hija bbażata it-talba għal annullament - Regola 37(b)(ii) tar-Regolament Nru 2868/95”])
(2016/C 287/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Bullock u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: H Young Holdings plc (Newbury, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Parrish, solicitor, u A. Roughton, barrister)
Suġġett
Rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Lulju 2014 (Każ R 2054/2013-1 u Każ R 2058/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Universal Protein Supplements u H Young Holdings.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda
2)
Universal Protein Supplements Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014
Full & Egal Universal Law Academy