29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – VTB Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-734/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Inklużjoni u sussegwentement żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika”))
(2018/C 392/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VTB Bank PAO, li kienet VTB Bank OAO (Saint Petersburg, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, avukat, C. Claypoole, solicitor u M. Lester, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u S. Boelaert, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Havas, T. Scharf u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 54), u, it-tieni nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
VTB Bank PAO hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 16, 19.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy