21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)
(Kawża T-736/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MoMo Monsters - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti MONSTER u MONSTER ENERGY u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti MONSTER ENERGY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ prodotti li jixxiebhu - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 429/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Home Focus Development Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1167/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Home Focus Development Ltd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy