29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2018 – PSC Prominvestbank vs Il-Kunsill
(Kawża T-739/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Inklużjoni, ta’ isem l-entità li minnha r-rikorrenti hija miżmuma, fil-lista tal-entitajiet li għalihom japplikaw miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2018/C 392/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: PSC Prominvestbank, Joint-Stock Commercial Industrial & Investment Bank (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: J. M. Viñals Camallonga, J. L. Iriarte Ángel u L. Barriola Urruticoechea, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. de Elera-San Miguel Hurtado u F. Florindo Gijón, sussegwentement F. Florindo Gijón, P. Mahnič Bruni u H. Marcos Fraile, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, D. Gauci u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK tat-8 ta’ Settembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512 (ĠU 2014, L 271, p. 54), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifika fil-ĠU 2014, L 246, p. 59), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014 tat-8 ta’ Settembru 2014 li jemenda r-Regolament Nru 833/2014 (ĠU 2014, L 271, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PSC Prominvestbank, Joint-Stock Commercial Industrial & Investment Bank għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 7, 12.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy