24.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2017 – Hersill vs EUIPO – KCI Licensing (VACUP)
(Kawża T-741/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VACUP - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MINIVAC u V.A.C. - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2017/C 129/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hersill, SL (Móstoles, Spanja) (rappreżentanti: M. Aznar Alonso u P. Koch Moreno, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KCI Licensing, Inc (San Antonio, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1520/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KCI Licensing u Hersill.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1520/2013-2), hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Hersill, SL.
3)
KCI Licensing, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 448, 15.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy