29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2016 – Alpha Calcit vs Materis Paints Italia (CALCITE)
(Kawża T-742/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CALCILITE - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Calcilit - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti - Pubbliku komuni għall-prodotti inkwistjoni”])
(2016/C 314/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hauck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Materis Paints Italia SpA (Novate Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: P. L. Roncaglia, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft u Materis Paints Italia
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 753/2013-4), hija annullata fir-rigward tal-prodotti “żebgħa, verniċ, żmalt; preservanti kontra s-sadid u kontra d-deterjorazzjoni tal-injam; koloranti; murdenti” koperti mit-trade mark ikkontestata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Alpha Calcit Füllstoffgesellschaft mbh, l-EUIPO u Materis Paints Italia SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy