19.6.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 195/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2017 – Meta Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-744/14) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-sitt programm qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2002-2006) - Kuntratti ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività (2007-2013) - Rimbors tas-sommom imħallsa - Ammont li għad irird jitħallas mill-ammont totali tal-kontibuzzjoni finanzjarja mogħtija lir-rikorrenti - Spejjeż eliġibbli - Responsabbiltà kuntrattwali”))
(2017/C 195/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini u A. Formica, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u R. Lyal, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset milli teżegwixxi l-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn diversi kuntratti ta’ sussidju li hija kkonkludiet mar-rikorrenti abbażi tas-sitt programm qafas tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-Innovazzjoni (2002-2006) u tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività (2007-2013), sabiex jiġi ddikjarat li l-kumpensi mogħtija mill-Kummissjoni fir-rigward tal-krediti invokati mir-rikorrenti huma illegali, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti lilha abbażi tal-imsemmija kuntratti ta’ sussidju, miżjuda bl-interessi moratorji u bir-rivalutazzjonijiet ta’ muniti, u sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Meta Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 462, 22.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy