27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – Chung-Yuan Chang vs EUIPO – BSH Hausgeräte (AROMA)
(Kawża T-749/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali AROMA - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 232/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Peter Chung-Yuan Chang (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Sanz Bermell y Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Crawcour u A. Folliard Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: BSH Hausgeräte GmbH, li kienet BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1887/2013-4), dwar proċedimenti għal għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Peter Chung-Yuan Chang u BSH Hausgeräte.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Settembru 2014 (R 1887/2013-4) hija annullata.
2)
L-EUIPO u BSH Hausgeräte GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Peter Chung-Yuan Chang.
(1) ĠU C 16, 19.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy